Residenti ta’ Ħal Tarxien qed igawdu issa spazju miftuħ sabiħ li ġie rrestawrat, li jfakkar il-memorja ta’ ex-kuntistabli tal-pulizija Mark Farrugia, li traġikament tilef ħajtu fil-qadi ta’ dmirijietu f’Ħal Tarxien f’Marzu 1999. Ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni trasformat mill-ġdid dan il-ġnien, fejn ġew introdotti disinji ġodda, bandli u grawnd tal-futbol 5-a-side.Il-Tarxien Rainbows se jkollhom aċċess għall-grawnd tal-futbol għat-taħriġ tat-tfal tal-istess nursery,filwaqt li se jkun disponibbli wkoll għal tfal oħra biex igawdu l-isport favorit tagħhom f’ħinijiet varji matul il-ġurnata.