Ġnien Oreste Kirkop, iservi propju bħala post rikreattiv għat-tfal, żgħażagħ u l-anzjani b’hekk għandhom post ieħor ta’ rikreazzjoni, fiċ-ċentru tal-attività Ħamruniża stess. Ix-xogħlijiet f’dan il-proġett kienu jinkludu mhux biss il-ġnien innifsu b’numru mdaqqas ta’ siġar u arbuxelli ġodda iżda wkoll tisbiħ, tindif u l-istallazzjoni ta’ iktar dawl fl-inħawi biex l-ambjent kollu tal-madwar jissebbaħ. Tpoġġew ukoll bankijiet ġodda u nbniet gazebo biex dan il-ġnien ikompli jingħata dehra oriġinali li toffri wkoll aktar kumdità għal min jixtieq iżur il-ġnien, l-aktar fix-xhur sħan tas-sajf.