Ġnien Belvedere fil-Marsa reġa’ nfetaħ għall-pubbliku wara xogħlijiet estensivi minn Ambjent Malta u l-Awtorità tal-Ippjanar. Ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li saru fil-ġnien jinkludu l-installazzjoni ta’ bankijiet u kontenituri tal-iskart, dawl ġdid, sar żbir tas-siġar, tħawwil ta’ 750 siġra u arbuxelli, sistema tat-tisqija, kameras tas-CCTV, restawr tal-ħitan u l-bieb madwar il-ġnien, kif ukoll tindif tal-funtana.