Salina Park u Kennedy Grove jinsabu fil-ġonna tal-Park Nazzjonali tas-Salina, li jinsabu eżatt barra t-triq tal-kosta b’diversi żoni adattati pubbliċi. Outdoor gym u faċilitajiet sanitarji huma wkoll disponibbli għall-użu tal-viżitaturi. Dan il-Park huwa wieħed aċċessibbli fejn fil-maġġoranza tiegħu dan il-park huwa attrezzat b’rampi, kif ukoll tagħmir tal-logħob adattat għall-użu mill-persuni fuq siġġijiet tar-roti. Fi ħdan il-park, il-viżitaturi jistgħu wkoll igawdu żoni estensivi bil-ħaxix artifiċjali, funtani tal-ilma u ħafna żoni forestali fejn wieħed jista’ jirrilassa. Hemm abbundanza ta’imwejjed tal-pikniks mifruxa mal-park u għalkemm il-klieb huma milqugħa, dawn għandhom jinżammu marbutin f’kull ħin. BBQs u n-nar fil-miftuħ huma projbiti.
Salina Park u Kennedy Grove huma miftuħa kuljum mis-06:30 sas-23:30. Ambjent Malta spiss tirċievi talbiet mill-pubbliku ġenerali biex jorganizzaw festini ta’ għeluq is-snin u/jew avvenimenti fuq il-post. Madankollu, dawn l-avvenimenti u l-festini ħafna drabi jirrikjedu permess jew Ittra ta’ Nuqqas ta’ Oġġezzjoni. Kull talba għandha tiġi indirizzata lil: ambjentmalta.meer@meer.gov.mt. Fuq talba, il-permessi/Ittri ta’ Nuqqas ta’ Oġġezzjoni għandhom jintwerew lill-uffiċjal tas-sigurtà li jkun għassa fil-jum tal-avveniment jew l-attività.