Dan il-ġnien edukattiv jissimbolizza impenn straordinarju lejn l-inklużjoni, it-tagħlim, u l-imħabba lejn in-natura. Dawk li jħobbu l-attività fiżika jistgħu jgawdu minn varjetà ta’ tagħmir tal-logħob, li jinkoraġġixxi logħob attiv kemm għat-tfal u l-adulti. Għal esperjenza multi-sensorjali, ġew inkorporati strumenti mużikali tal-perkussjoni biex jistimula il-kreattività u jinvolvu s-sensi. Barra minn hekk, il-ġnien jinkorpora l-inklużjoni b’sinjali bil-braille maħsuba apposta għall-persuni neqsin mid-dawl.