Sit li ma kienx jintuża fiż-żona Ta’ Ġawhar f’Ħal Safi nbidel f’żona għall-picnics u park tal-klieb, permezz ta’ investiment ieħor fil-komunità. Fi spazju ta’ madwar 1,000 metru kwadru, ix-xogħol li sar jirrifletti l-impenn lejn is-sostenibbiltà. It-tagħmir ġdid f’dan il-park, fosthom il-bankijiet u l-imwejjed tal-picnics, huma magħmulin minn materjal sostenibbli, filwaqt li d-dawl u l-kameras tas-sigurtà jieħdu l-enerġija mix-xemx permezz ta’ pannelli solari. 30 siġra indiġena ġdida u 40 arbuxell li tħawlu se jissaqqew bl-ilma tax-xita maħżun f’ġibjun ġdid li Project Green bniet bħala parti minn dan l-investiment. Inbena wkoll ħitan tas-sejjieħ u ċnut ġodda, biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-viżitaturi. Il-park tal-klieb u ż-żona tal-picnics f’Ta’ Ġawhar huma miftuħa l-ġurnata kollha,