Riċentement ġie riġenerat il-Ġnien ta’ Għar Barka jinkludi landscaping fuq diversi livelli bi slielem u rampi. Il-ġnien jinkludi 160 pjanta tal-klin, siġar taż-żebbuġ, u huwa ddisinjat biex ikun aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Jinkludi wkoll bandli għat-tfal u sistema ta’ dawl LED effiċjenti, u sistema ta’ tisqija awtomatika. Ġie installat kanupew tal-ħadid b’500 metru kwadru ta’ pavimentar madwar il-ġnien, kif ukoll l-installazzjoni ta’ bankijiet u rampi..