Sit abbandunat ta’ eks-ċimiterju militari fil-Kalkara ġie trasformat fl-ewwel ġnien carbon neurtal f’Malta. Dan il-ġnien b’teknoloġija innovattiva b’sistemi t’enerġija rinnovabbli u tal-konservazzjoni tal-ilma, u bi prattiċi li jħarsu l-ambjent naturali. Ġnien Rnella jiġġenera l-elettriku li jeħtieġ b’mod sostenibbli u jaħżen biżżejjed ilma tax-xita għat-tisqija mingħajr ma jirrikorri għal sistemi esterni li jikkawżaw l-emissjonijiet.B’investiment ta’ miljun ewro, dan il-proġett kien jinkludi r-restawr ta’ erba’ ġibjuni għall-ħażna tal-ilma tax-xita għat-tisqija, l-installazzjoni ta’ sistema ta’ irrigazzjoni awtomatika, u titjib estensiv taż-żoni bis-siġar u pjanti, bil-livellar tal-ħamrija u kura tas-siġar eżistenti u tħawwil ta’ siġar u arbuxelli ġodda. Il-ħaddiema installaw ukoll għajn għall-ilma tax-xorb (drinking water fountain), mogħdijiet solari (solar paving) li se jiġġeneraw l-elettriku meħtieġ għas-sistemi tad-dawl u elettriċi ta’ dan il-ġnien, kif ukoll smart benches u solar smart bins.