Ġnejnet Nikol Aquilina (il-Maqluba)

Dan il-park fil-Qrendi jinsab biswit il-ħofra tal-Maqluba, fejn insibu pjanti rari bħas-Siġra tal-Melħ Maltija. Dan huwa post uniku li joffri rtir viċin it-tempji storiċi tal-Imnajdra u Ħaġar Qim.

Faċilitajiet

  • Faċilitajiet għal Pikniks
  • Mogħdijiet għall-Mixi u l-Ġiri
  • Veduti

Entraturi tal-Park

Album Tar-Ritratti

Miżmum minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.

Avvenimenti f’dan il-Park

M'hemmx riżultati.

Aktar Informazzjoni

Dan il-ġnien jinsab ħdejn il-Kappella ta’ San Mattew fil-Qrendi, u l-ħofra tal-Maqluba. Wiesgħa 165 pied u fonda 50 pied, il-Maqluba hija fenomenu ġeoloġiku li oriġinat fl-1343, aktarx minħabba terremot jew maltempata qawwija. Ipoteżi ta’ dari hi li mara twajba pprovat twissi lir-residenti tal-inħawi li jekk ma jsirux aktar twajba, kienet ser tiblahom l-art! Li hu żgur hu li Ġnejnet Nikol Aquilina huwa ġar ta’ sit ta’ Natura 2000, fejn insibu speċi bħall-fungi u pjanti indiġeni uniċi, inkluż is-siġra indiġena rari tal-Imried.

Parks fil-qrib

Immexxi minn

Ħinijet ta’ Ftuħ

Regoli tal-Park

  • Gawdi n-natura u żomm in-nadif billi ma tħammiġx u ma tagħmilx ħsara lill-pjanti, s-siġar u kull xorta ta’ speċi oħrajn.

 

  • Żomm il-kwiet, irrispetta lil ħaddieħor u gawdi l-ħsejjes tan-natura.

 

  • Żomm in-nadif, tħallix ħmieġ wara l-kelb tiegħek u ara li dejjem ikun marbut b’ċinga.

 

  • Segwi t-tabelli u imxi matul il-passaġġi.

 

  • Ara li t-tfal dejjem ikunu taħt superviżjoni minn persuna adulta.
Skip to content