Qortin, li qabel kienet miżbla mhux kontrollata li operat minn 1968 sa 2004, ġiet trasformata fi spazju pubbliku għall-familji. Bil-wisa’ ta’ 50,000m² b’0.6 miljun tunnellata ta’ skart fih, dan is-sit ma kellux sistemi għall-immaniġġjar tal-miżbla u l-emissjonijiet tal-gass, li wasslu għal diversi nirien u problemi għar-residenti tal-madwar.
Wara dan, il-miżbla ngħalqet u ġiet msaqqfa, kif ukoll tħawlu mat-23,000 arbuxxell biex b’hekk din iż-żona tiġi restawrata għall-abitat naturali tagħha. Ġie mibni ġibjun biex l-ilma tax-xita tintuża għat-tisqija.
Fl-aħħar fażi ta’ dan il-proġett, is-sit ġie assigurat biex ikun jista’ jintuża mill-pubbliku permezz t’installazzjoni ta’ poġġamani, gradi, u ċnut.
Dan il-park huwa attrezzat b’parkeġġ u park għall-klieb li joffri spazju sigur. Dan l-ispazju miftuħ joffri veduti mill-isbaħ tal-Bajja tar-Ramla l-Ħamra.