l-Park ta’ San Klement kien wieħed mill-ewwel parks li ġew inawgurati minn Parks Malta fl-2020. L-isem ta’ dan il-park ingħata proprju minħabba l-Iswar ta’ San Klement li jinsab biswit il-park u li huwa wieħed minn ħamest iswar madwar il-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar. Il-Park ta’ San Klement huwa fost l-akbar spazji miftuħa naturali li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ Malta b’erbgħin tomna t’art. Dan kien proġett ta’ riġenerazzjoni, fejn żona abbandunata ġiet trasformata f’park naturali, b’intervenzzjonijet minimi biex jibqa’ jinżamm l-abitat naturali tiegħu. Il-Park ta’ San Klement għandu diversi partijiet għall-pikniks, kif ukoll attivitajiet rikreattivi oħra qalb numru kbir ta’ siġar taż-żebbuġ. It–tfal jistgħu jgawdu minn spazju għal-logħob u Teatru Grieg.